Għandhom jinqatgħu l-vapes?

 Għandhom jinqatgħu l-vapes?

Jingħadd li l-vapes huma inqas ta’ ħsara għas-saħħa mis-sigaretti imma xorta m’humhiex ta’ ġid. L-E-cigarettes isaħħnu n-nikotina li ġejja mit-tabakk, ikollhom togħmiet differenti u kimiċi li joħolqu sensazzjoni sodisfaċenti daqs li kieku qed tpejjep sigarett.

Fuq din tinħoloq diskussjoni. Hemm min jgħid li sigarett jibqa’ sigarett u aħna m’aħnhiex se nidħlu f’dan is-suġġett u anqas irridu nippromwovu la ħaġa u anqas oħra. L-aħjar xejn!

Sempliċiment qed naqsmu ftit tagħrif li sibna magħkom. Fil-fatt jintqal li sigarett normali għandu mas-7,000 kimika, li ħafna minnhom huma tossiċi.

Il-vapes m’ilhomx fis-suq daqstant u għalhekk, għadha trid issir iżjed riċerka fuq il-konsegwenzi tal-użu tagħhom. Dejjem hemm il-ħsieb li jekk irnexxielek taqta’ s-sigaretti, aħseb biex issa taqta’ wkoll il-vapes.

Ħafna pajjiżi fosthom l-Ingilterra, qed naraw li qed joħolqu policy biex il-vapes jinqatgħu. Dan anke minħabba l-fatt li malli persuna jlesti minnu, jarmieh u dan huwa ta’ dannu fuq l-ambjent.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com