Ġieli għamiltu xogħlijiet ħżiena u ssemper wara?
Tajba din. Ġieli ġratilkom? xi swiċċ fil-kċina u mbagħad bilfors ikollok tagħtieh bl-għamara tal-kċina nnifisha?
Xi pum mingħalik li għamilt kapolavur u tkun waħħaltu bil-kontra? Issemper xi ftit le?
Affarijiet li jiġru. Dlonk ikun hemm min jifqgħak imbagħad: “M’int kapaċi għalxejn!” hahaha Normali dawn l-episodji.
Jidher li mhux biss f’Malta, għaliex dlonk jitilgħu xi posts Only in Malta li din ma nifilħuhiex għaliex fid-dinja kollha jiġru, anzi sibna xi ritratti li tiċċassa li jkunu saru.
Xi puġġaman li tiżgombra xi bieb, xi rampa li taħbat ġo arblu u ħafna iżjed…