Ħafna suf fl-art. Kemm iwaqqgħu suf l-irġiel?

Spiss jeħlu n-nisa. “Din ix-xagħra tiegħek?” U veru li n-nisa jwaqqgħu xagħar twil, l-iżjed jekk joqogħdu jilagħbu miegħu waqt li jkunu qed jaħdmu.
Imma l-irġiel mhux inqas. Spiss tisma’ xi mara tgħid: “Kullimkien suf tiegħek, tiknes kemm tiknes qatt mhu biżżejjed.”
Imma x’tagħmel. Hekk hija n-natura. Huwa fil-fatt normali li raġel iwaqqa’ bejn 50 u 100 xagħra u suf minn ġismu kuljum.
Din hija parti miċ-ċiklu tas-suf fil-ġisem; li jtibiddel kuljum. Tidħol il-ġenetika wkoll. Kemm jekk it-testosterone huwa għoli jew baxx, xorta waħda se jwassal għal twaqqiegħ tax-xagħar.
Nieħdu paċenzja b’xulxin.