Ħażin li titlob xi ħaġa jew tibdil?

Ħafna joqogħdu lura milli jsaqsu għaliex jibżgħu li jinkisru mill-persuna l-oħra. Jiddejqu jitolbu tibdil fuq xi ħaġa jew oħra li tkun qed taffettwaħhom bil-konsegwenza li jibqgħu mdejqin.
Jiddejqu sempliċiment jgħidu lil persuna biex titfi heater li jkun qed jifgaħhom bis-sħana.
Min ibati? Inti li ma ssaqsix. Billi tistaqsi ma hemm xejn ħażin.
Iżda l-importanti huwa li tagħmel dan b’edukazzjoni u mhux b’ordni ta’ kmand jew arroganza.
Jekk tistaqsi u t-talba tiegħek ma tkunx milqugħa, ma jkun ġara xejn, imma int kont assertiv għall-ġid tiegħek kif ħsibt li huwa l-aħjar skont fehmtek.
Ma ġara xejn. Imma qatt toqgħod lura milli tistaqsi. Ma intx egoist b’daqshekk.