Id-daħq – L-aqwa terapija

Jgħidulek li l-aqwa terapija hija d-daħq. U hekk hu. Meta bniedem jidħaq xi daħqa mill-qalb, jistrieħ. Iserraħ il-menti. Ineħħi l-ħsibijiet. Il-pożittività tgħeleb in-negattività.
Meta persuna tkun għaddejja minn żmien iebes, daħqa naturali ma’ ħbieb ġenwini tgħinnha tbiddel il-burdata. Titqies bħala terapija effettiva u li tgħin fis-saħħa mentali tal-bniedem.
Tieħdu gost tidħqu? Tisknata, hemm min jiddejjaq u jkun xi ftit mqit u serju. Veru li ma tistax tidħaq dejjem imma daħqa tajba mhux kapriċċ imma bżonn.