Id-dimensja tista’ tiġi kmieni iżjed milli taħseb
Id-dimensja m’għadhiex dik il-kundizzjoni li tiġi biss max-xjuħija. Qed ikun hawn każijiet anke lokali, fejn persuni ta’ fuq il-50 sena, jibdew ibatu minn din il-kundizzjoni.
Hemm każijiet li ġraw barra minn xtutna fejn anke persuni fuq it-30 u l-40 sena irrealizzaw li qed ibatu mid-dimensja.
Tissejjaħ onset dementia.
Hu stmat li bħalissa hawn madwar 8,000 persuna li għandhom id-dimensja f’Malta, iżda dawn mistennija jiżdiedu għal 21,000 sal-2060, biċ-ċensiment jindika wkoll li l-għadd ta’ barranin li jgħixu Malta li għandhom id-dimensja qed jiżdiedu wkoll.
Ftit jiem ilu tnediet: “Reaching New Heights”, li ffukat fuq l-istrateġija nazzjonali tad-dimensja għas-snin 2024-2031.
J’Alla nkomplu nagħmlu avvanzi fil-mediċina biex din il-kundizzjoni titaffa bl-aqwa mod possibbli.