Idejqek min jikkuppjak jew jagħmel kollox bħalek?
Forsi veru li tirritak persuna hekk. Imma ħudha mill-att pożittiv. Sinjal li dak li qed tagħmel int qed ikun ta’ suċċess. Bl-Ingliż jgħidu You lead, others follow.
Issa skont il-każ. Jekk int kandidat u trid mill-istess nies, se jirritak żgur għax kapaċi tiegħek ma jkunx issemma, u xi ħaġa kkuppjata minn ħaddieħor tissemma iżjed. Imma x’tagħmel? Toqgħod tinħaraq? Mexxi u tagħtix kas.
Hawn min għandu inqas kreattività u ideat. Ħu gost fil-fond ta’ qalbek li int kapaċi toħroġ bl-ideat u inizjattivi ġodda.
Dan jiġri wkoll fil-kitba, fuq it-televiżjoni, fl-artisti u f’kull qasam ieħor.
Teħilx ma’ affarijiet u ċuċati hekk. Hemm iżjed fuqhiex taħseb fil-ħajja. Mhux hekk?