Idejqek min joqgħod isaffar?

Il-ħoss tat-tisfira … ħelwa jew tedjanti? Uuuu kollox sar idejjaqna ajma. Imma stenna, idejqek xi ħadd il-ħin kollu jsaffar maġenbek?
Ħeqq, trid tifhem il-kuntest kollu hux. Hemm mod u mod. Ma naħsibx li huwa pjaċevoli tkun fuq il-post tax-xogħol u maġenbek ikollok lil xi ħadd isaffar kontinwament … aħjar tixgħel radju mill-ewwel.
It-tisfir hawn min jużah bħala mod kif joħroġ in-nervi jew rabja tiegħu. Jgħidulek flok insemper, jien insaffar.
M’hemmx x’tagħmel hux! Kulħadd bil-mod tiegħu.