Il-giddieb għomru qasir?

 Il-giddieb għomru qasir?

Jekk tigdeb jikbirlek imnieħrek kienu jgħidulna meta konna tfal għaliex il-gideb kien minn dejjem u jibqa’ għal dejjem bħala azzjoni ħażina.

Imma l-giddieb għomru qasir? Jew inkella hawn min jgawdi mill-gideb tiegħu? Ħuduha f’kuntesti differenti; tax-xogħol, promozzjonijiet, politika, biex tilħaq u tiggwadanja ….

Biss fil-verità, kemm tkun komdu jekk tieħu jew tirbaħ xi ħaġa bil-gideb? Kemm tħossok sodisfatt tassew li dak li ħadt kienx bil-ħila u l-kapaċità propja tiegħek u mhux bil-gideb?

Hawn ħafna minnhom! Giddibin issib kemm trid. Imma l-onestà tintgħaraf u tkun dejjem apprezzata. Tkunx bħall-ħaddieħor jew temmen fil-frażi; gidba għall-bżonn mhix dnub. Il-gideb jibqa’ gideb. Tbatieh ‘il quddiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com