Il-Ħadd it-tajjeb …. Sejrin quddies?

 Il-Ħadd it-tajjeb …. Sejrin quddies?

Għadna naraw il-jum tal-Ħadd bħala jum il-Mulej. Jew din titqies clichè tal-passat u naqbżuha?

Il-Ħadd, dari kien ikun ikkareterizzat bil-quddies filgħodu u mawra għand in-nanniet. Maż-żmien, il-ħadd sar qisu t-tnejn, u l-erbgħa sar qisu l-ġimgħa. Fis-sens li llum in-nies joħorġu kuljum; jekk iridu jmorru jieklu barra ma jistennewx tmiem il-ġimgħa.

Dan forsi wassal biex inbidel il-pattern ta’ kif tkun imqassma l-ġimgħa.

Qabel ħin ix-xogħol, xogħol. Ħin il-mistrieħ, mistrieħ. Illum, tirċievi telefonati marbuta max-xogħol u e-mails il-ħadd u abbli jkollok ġurnata kwieta t-tnejn.

Dawwarna kollox. Ngħidulu progress. Imma fil-verità, huwa rigress? Kif affettwalna t-traġit tal-ħajja? Kif sirna nħarsu lejn il-ġimgħa? baqgħalna ħin għall-mistrieħ?

Il-quddies saret tkun mismugħha biss f’xi okkażjoni; magħmudija, tieġ jew praċett u griżma. Jew inkella, sfortunatament f’xi funeral.

Aħna kattoliċi tal-isem? E bilħaqq, jew narawha fuq it-televixin jew online?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com