Il-kwistjonijiet mal-bdiewa minn dejjem kienu eżistenti f’Malta
Fis-27 ta’ Frar tal-1937, id-delegat tal-Unjoni tal-Bdiewa fil-Kunsill tat-Trade Unions, is-Sur Joseph Olivieri Munroe, appella għall-protezzjoni tal-kabbara tal-larinġ lokali kontra l-importazzjoni ta’ larinġ minn barra.
Huwa qal li l-importazzjoni kellha ssir wara diskussjonijiet mal-bdiewa lokali biex isir magħruf is-suq ta’ dak l-istaġun.
Bla dubju, minħabba ċ-ċokon tagħna, meta jkun hawn kompetitur, is-suq lokali jbati. Din hija storja li tibqa’ tirrepeti ruħha.
Sta għalina li nfittxu prodotti lokali u nistmaw lill-bdiewa tagħna li jtuna prodotti friski u ġenwini.