Il-Maltin kemm iħobbuha l-politika?

 Il-Maltin kemm iħobbuha l-politika?

Il-politika hija bżonn. Iddejqek jew le hija importanti u mingħajrha pajjiż ma jimxix ‘il quddiem. Tidħol f’kollox u f’kull aspett.

Fil-ħajja li tgħix, fid-drittijiet tiegħek, fil-prodotti li tixtri, fil-kwalità ta’ x’ħajja tgħix u l-lista ma tieqafx. Xi tħallas, x’jgħola jew jorħos, il-proġetti tar-raħal tiegħek, il-petrol li tuża …

Imma hawn ħafna nies li jaħsbu li meta ssemmi politika hija biss il-batibekki bejn il-ħbieb, id-dibattiti fuq it-televiżjoni, is-shares u l-inkejja fuq facebook u l-mass meetings.

L-Aħmar u l-blu jibqgħu kbar f’pajjiżna għalkemm hawn gruppi oħra ta’ fehmiet differenti.

Imma fil-verità, il-Malti jħobbha l-politika? Iħobbu dak il-ġenn ta’ naqra tpaqpieq bil-ħornijiet, briju u batibekk?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com