Il-pjazza tal-Mosta lesta … issa qabduha fuq l-iljun

Il-Pjazza Mostija ħadet xejra mill-isbaħ. Il-proġett sar fino alla fine. Kien kuraġġjuż li Kunsill lokali jidħol għal biċċa xogħol massiva hekk anke jekk qala’ kritika kontinwa u kien hemm dewmien li m’aħnhiex se nidħlu fuq dan il-każ.
Imma l-poplu dejjem lest jikkritika? Issa donnu li bdiet is-saga tal-iljun.
“Pjazza fottejtuha neħħejtu l-monument tal-iljun. U l-kanuni posthom fil-pjazza wkoll. Għandi ġenn sa ma jasal Ġunju”, kitbet persuna.
Xi ħadd ieħor qal: “Dak qed jistenna lill-iljun tal-Floriana fil-ġnien ta’ wara l -knisja biex jgħidu kelma hemm”.
Min-naħa l-oħra kien hemm min qabel mad-deċiżjoni li l-iljun jitpoġġa fi Ġnien Reġġie Cilia: “ma għandnix bżonn l-iljun fil-Mosta għandna biżżejjed iljuni jduru mas-saqajn. Piff xi dwejjaq ta’ nies.”
Insomma, ma nieqfux. Fl-istess ħin kif ngħidu dejjem, Mitt bniedem, mitt fehma.