Il-prostituzzjoni mhux dejjem tkun għażla …

F’intervista li kienet saret ma’ Anna Maria Vella u Maria Pelicano minn Dar Hosea, iġġib għajnejk wara widnejk bl-istejjer ta’ qism il-qalb li tisma’.
Din l-intervista hija verament xhieda li qatt m’għandek tiġġudika. Il-prostituzzjoni f’Malta hija realtà. Dan l-aħħar, kienet qamet diskussjoni dwar jekk għandhiex tkun legalizzata.
Stejjer diversi li jġiegħeluk tempatizza u tifhem li l-ħajja ma toffrix l-istess traġit lil kulħadd. Ikun hemm tfajliet li missierhom stess ikun ħeġġiġhom. Hemm stejjer ukoll li jekk tfajla tfittex fl-istorja tal-familja tagħha, issib fuq aktar minn 100 sena ta’ stejjer simili marbuta ma’ prostituzzjoni.
Dawn in-nisa għandhom qalb. Iħossu, jibku u jweġġgħu. Jisfaw ukoll vittmi ta’ abbuż. L-Abbuż ma jiġix biss minn min iħaddimhom imma ġieli wkoll min-nies li jistgħu jkunu anke bil-ġlekk u l-ingravata li jagħmlu użu mis-servizz u jitrattawhom ħażin.
Segwu din l-intervista li saret lura fl-2021 mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ: