Illum, il-ġurnata tissejjaħ Galentine’s day … tafu x’inhi?
Galentine’s day hija jum biss ‘il bogħod minn jum San Valentinu li tiċċelebra l-ħbiberija bejn in-nisa.
Iżda din il-ġurnata għalkemm tiġi ċċelebrata fit-13 ta’ Frar, tista’ tkun imfakkra bejn l-1 ta’ Frar u Jum San Valentinu nnifsu.
Din ġiet ivvintata minn Leslie Knope; karattru interpretat mill-attriċi Amy Poehler f’Parks & Recreation. Is-sitcom kienet tixxandar bejn l-2009 u l-2015 u ħolqot legat. Fi kliem Leslie, Galentine’s hija l-aqwa ġurnata tas-sena.
Ittegja lil dik il-ħabiba tiegħek li tqatta’ ħafna mill-ħin ta’ ħajtek magħha u li tgħidilha kollox.