In-nanniet jagħmlu preferenzi bejn in-neputijiet?

 In-nanniet jagħmlu preferenzi bejn in-neputijiet?

Il-Favorit jew il-favorita. Din kapaċi toħloq ħsara u uġiegħ. Hemm min ma jagħtix kas u jgħidu ‘dak l-ippreferut tan-nanna’ filwaqt li jitbissem u hemm min tant joħodha bi kbira din, li jibda l-inkwiet fil-familja.

Jiġri li n-neputijiet stess ġieli jindunaw b’dan, anzi, jindunaw ħa ngħiduha ċara speċjalment la jibdew jikbru. Forsi dan il-fatt kapaċi jiżra’ xi ftit għira wkoll mhux biss fost it-tfal imma anke fost l-aħwa ġenituri tagħhom.

Dawn huma fatti li jiġru. Nerġgħu ngħidu, hemm min jitbissem u jirraġuna li n-nanniet huma kbar fl-età u ħalliehom jgħixu.

Min-naħa l-oħra, jeżisti wkoll il-fatt li forsi ċerti neputijiet in-nanna tkun sabithom iżjed fil-bżonnijiet tagħha. Hemm dawk li la jikbru qas biss iżuruhom. Għax irridu ngħidu kollox.

Allura ttiehom tort li jkollhom il-preferut/a?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com