Inbatu min-nuqqas ta’ mmaniġġjar f’pajjiżna?
Immaniġġjar – management. Spiss naraw riklami ta’ korsijiet relatati ma’ dan is-suġġett u anke nies jiggradwaw hekk. Tajjeb ħafna.
Imma meta niġu għad-dipartimenti, entitajiet u postijiet simili, kemm qed ikunu mmaniġġjati kif suppost.
Spiss ikun hemm mitt kaptan. Dak jgħid mod, l-ieħor jgħid mod ieħor. Il-ħaddiema ta’ taħthom jispiċċaw mitlufin bil-konsegwenza wkoll li jispiċċaw ma jagħtux il-performattiva mixtieqa. Imma ma jkunx dejjem tort tagħħhom.
Jiġri li ta’ fuqhom meta xi ħaġa ma tirnexxix, idur fuq il-ħaddiema u kważi b’mod ċar iwaħħal fihom.
Imma l-istruttura minn fuq trid tibda. Mexxej, li jiddelega, iqassam u jafda. Bil-ħaddiema li jaġixxu u jwettqu.
Jekk ma hemmx struttura, inkluż f’ħajjitna, ikollna koċċ tgerfix. Dan huwa wkoll ħsieb li nixtiequh jasal għand min huwa xi kap ta’ post jew ieħor; l-istruttura ttik ir-riżultati. Għaraf aħdem.