Ingergru li l-ħajja għoliet u mbagħad nixtru qmis €160 – Importanti ħa nħossuna sew
Huwa veru li l-ħajja għoliet. U Min bl-iskuża tal-covid u min ħabba l-gwerra; hemm raġunijiet veri u hemm dawk ivvintati ħalli jgħollu. Daqqa jeħel il-Gvern, u mbagħad ingergru li m’aħnhiex kuntenti bl-400 prodott li traħħas u ngħidu li ħadma u elf storja toħroġ u tinkiteb fuq il-famuż facebook.
Imma mbagħad, jekk sejrin nieklu nagħżlu michelin star restaurant, jekk se nixtru qmis irriduha biż-żiemel bilfors, jekk se nixtru karozza rriduha kważi tkellmek … Ieqfu qabel tgħidu paroli vojt. Mhux kulħadd! Ok, dan nafuh.
Imma kemm hawn min igerger u ma jafx jagħżel dak li butu tajjeb għalih? Sirna rridu l-aqwa, l-aħjar u ngħixu bħal f’xi serjè tan-Netflix. Il-famuża HIGH LIFE.
Kemm hi iebsa tammetti. Kemm hu diffiċli tmur lura meta tidra hekk. Kemm hu faċli ngħidu li dari kienu iżjed kuntenti bis-sempliċità u llum qas noħolmu li nkunu sempliċi. Inutli niktbu l-istatuses u ntellgħu my stories bil-quotes tal-ħajja serena jekk ma ngħixuhiex tassew.
Kun inti! Tippruvax tilħaq dak li ma tistax!