Int ixxomm affarijiet li ma jkunux preżenti?

 Int ixxomm affarijiet li ma jkunux preżenti?

Li xxomm irwejjaħ li ma jeżistux tissejjaħ phantosmia. Din tista’ tikkawża mumenti mhux pjaċevoli u anke tista’ taffettwalek it-togħma. Mhi xejn gravi u tista’ teliminaha fi ftit ġimgħat jew xhur. Dejjem importanti li tkellem it-tabib tiegħek jekk qed tesperjenza dan li semmejna.

Kawżi prinċipali jkunu diversi fosthom irjiħat, mugranja, epilessija u anke konsegwenza tal-covid-19 li affettwat ħafna nies tant li kien hemm min tilef ix-xamm għal tul ta’ żmien u anke sal-lum il-ġurnata.

Importanti li nnaddfu mneħirna sewwa. Meta ninħaslu ġieli ninsew nagħmlu dan. Tajjeb nużaw ukoll ilma bil-melħ fis-sink.

Tista’ wkoll tagħmel kontenitur bl-ilma jagħli, tħallat miegħu kuċċarina melħ u bicarbonate of soda. Hemm min jitfa’ wkoll il-vicks u jsibuha effettiva mmens. Li trid tagħmel hu li tpoġġi xugaman fuq rasek u taggħtieha kompletament, u tieħu nifsijiet ‘il ġewwa u ‘l barra u tħossok tistrieħ.

Importanti wkoll li meta nużaw tissues jew imkatar meta nkunu ma nifilħux, nissoffjaw sew. Hekk jitlob il-bżonn u tkun qed tnaddaf imnieħrek kif suppost u meħtieġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com