Int temmen bil-ħajja wara l-mewt?
Mistoqsija li forsi tiġina f’moħħna u nirraġunaw li issa nafu x’aħna u li qed ngħixu… wara ħadd ma rah.
Imma nies li esperjenzaw il-mewt u reġgħu komplew jgħixu, jgħidu differenti.
It-twemmin komuni jgħid li hemm ħajja oħra wara l-mewt minn fuq din l-art.
Fir-reliġjon tal-Hindu, din tissejjaħ Svarga Loka. Jgħidu li fil-fatt hemm 7 reġjuni pożittivi li r-ruħ tista’ tmur fihom u 7 reġjuni oħra negattivi. Wara li r-ruħ tagħmel l-eżistenza tagħha fihom, imbagħad tkun suġġetta għal twelid mill-ġdid f’forom ħajja differenti skont il-karma tiegħek.
Dawk li jmutu għal ftit minħabba xi aċċident, kollha jsemmu l-famuża light tunnel fejn jaraw dawl qawwi abjad u spiss jirrakontaw li din l-esperjenza hija kbira li kważi kważi ma jkunux iridu jirritornaw għall-ħajja li nafu fuq l-art.
Intom temmnu fiha l-ħajja ta’ wara l-mewt?