Inti għandek xi sett tal-make-up ta’ żmien żemżem?
Prodott tas-sbuħija li żgur se ssibu fil-kexxun ta’ kull persuna li tuża’ prodotti tas-sbuħija huwa propju sett tal-make-up! Dawn is-settijiet jiġu f’diversi daqsijiet, kombinazzjonijiet, u kuluri u ġeneralment jippruvaw jolqtu l-gosti ta’ kull min jista’ jagħmel użu minnhom.
Fost l-għexieren ta’ ditti li ħadmu fuq settijiet tal-make-up matul is-snin hemm ditta magħrufa Taljana Pupa. Din oriġinat f’Milan lura fl-1975 wara li nediet b’suċċess l-ewwel prodott tagħha li kien propju sett tal-make-up bl-isem Bouqet.
1975
Dan l-ewwel sett tagħha kien meqjus bħala wieħed revoluzzjonarju tant li d-ditta saret magħrufa madwar id-dinja kollha. Kien ċkejken, bħal donnu mobile u kien jinkludi diversi eye-shadows b’kuluri differenti, mascara u lapsijiet għall-għajnejn, fost oħrajn.
1980
Fit-tmeninijiet kien hemm is-sett magħruf bħala Coccinella li kien propju jinfetaħ bħal donnu nannakola. Dan kien jinkludi kull tip ta’ make-up li stajt timmaġina! Intant, hekk kif id-ditta kienet bdiet toħroġ ukoll il-fwejjaħ, kienet ħarġet sett ieħor tal-make-up bl-isem ta’ Liberty Kit, li apparti make-up, kien fih ukoll diversi fwejjaħ.
1990
Fid-disgħinijiet, is-settijiet tal-make-up ta’ Pupa komplew jikbru u fosthom ħarġu s-sett bl-isem Riflessys. Dan kien kemmxejn aktar avvanzat u kien jinkludi minn kollox fosthom foundation, mascara, blusher, eye shadow, eye liner u lipstick fost prodotti oħrajn.
Din it-tradizzjoni ta’ settijiet tal-make-up, Pupa għadha ġġorra magħha sal-lum. Infatti bħalissa hemm diversi settijiet li wieħed jista’ jakkwista bħal Happy Bear, Pupa Parrot u Pupart.
Jekk qed taħseb x’tista’ tixtri lill-maħbuba tiegħek f’San Valentinu, għaliex ma takkwistax wieħed minn dawn?