Is-sulluzzu … idaħqek jew idejqek!

 Is-sulluzzu … idaħqek jew idejqek!

Żgur li xi darba jew oħra qabdek is-sulluzzu. Jgħidulek ixrob l-ilma jew ħu nifs u żommu, jew anke isgħol. Imma jibqgħalek u jirritak.

Skont il-Guiness Book of Records, l-itwal suluzzu kien ta’ Charles Osborne li dam bis-suluzzu għal 68 sena. Kien ikollu minnhom kull żewġ sekondi. Ommi ma, timmaġina?

Għalkemm ma nafux eżatt għala l-imħuħ tagħna jindikaw biex ikollna s-sulluzzu iżda nafu li ħafna affarijiet iqanqlu r-rifless biex dan jinħoloq.

Ir-riċerka sabet li sulluzzu jista’ jkun ikkawżat minn trawma (bħal korrimenti fir-ras), tumuri jew goiters, infezzjonijiet (inklużi meninġite u enċefalite), u kwistjonijiet bis-sistema nervuża ċentrali bħall-isklerożi multipla. Irritazzjoni bħal ħruq ta’ stonku, ikel jaħraq, gastrite, u ulċeri ukoll huma marbuta mas-sulluzzu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com