Ixgħelha dik l-indicator man!!!

X’manija għandna. Induru l’hemm u nduru l’hawn u l-indicator tal-karozza donnha qiegħda hemm għad-dekorazzjoni. Ma nużawhiex!!!
L-indicator, isimha magħha, qiegħda hemm biex tindika lil min qed warajk x’ser tkun qed tagħmel. Permezz tagħha nevitaw stress fit-toroq u aċċidenti bla bżonn.
Minn fuq, meta tiġbed l-attenzjoni lil dak li jkun, issib min joffendik lura jew tarah jislowja biex jieħu r-raġun.
Issib ukoll dawk li jixgħelu indicator biex jindikaw li sejrin naħa, imbagħad iduru naħa oħra. Possibbli daqshekk diffiċli li nużawha tajjeb? Ixgħelha u użaha sew!