Jekk taħqar annimal, tkun int l-annimal!!
Spiss naraw stejjer ta’ annimali jiġu maħqura. Qabel, dawn ix-xeni konna narawhom f’pajjiżi oħra imma donnu li anke hawn f’pajjiżna jsiru dawn il-makabritajiet.
Minn klieb, qtates u sriedak u tiġieġ. Nisimgħu wkoll bi ġlied tal-klieb jew tas-sriedaq u jgħidulek li dawn qegħdin apposta. Liema annimal huwa maħluq apposta biex jiġġieled u jispiċċa trietaq? Din kollha moħqrija!
Temmnu li għandu jkun hemm iżjed protezzjoni tal-annimali u pieni ħorox li ma jinħafrux għal min jinqabad?