Jekk tara Facebook miftuħ, tiġik tentazzjoni li tidħol fil-messaġġi?
Tentazzjoni kerha din. Skont minn min. Jekk inti r-raġel jew il-mara, tiġik tentazzjoni bla ma trid biex tara x’konversazzjonijiet ikollhom il-partners tiegħek. Mill-banda l-oħra hemm il-fiduċja.
Jekk il-koppji jafdaw lil xulxin din m’għandhiex tkun. Jew tafda lil xulxin inkella se titkisser int u tkisser ir-relazzjoni.
Imma jekk tkun fuq il-post tax-xogħol u tara facebook miftuħ x’tagħmel? L-ideal huwa li tinforma lill-persuna u tgħidilha li ħalliet il-facebook tagħha miftuħ biex tieħu ħsieb il-privatezza tagħha u anke n-natura tax-xogħol fejn facebook illum jintuża wkoll għax-xogħol.
Isir ukoll ħafna ċajt meta xi ħadd isib il-mezzi tal-midja soċjali miftuħa bħal per eżempju jtellgħu xi status tad-daħq u erħilhom jikkummentaw il-ħbieb.