Jekk tiekol soppa biss taf tonqos malajr?

 Jekk tiekol soppa biss taf tonqos malajr?

Li tiekol soppa biss hija meqjusa bħala dieta li mhix daqshekk ta’ sustanzi għall-ġisem tal-bniedem. Imbagħad skont x’titfa’ magħha.

Jekk nirreferu għal dawn is-sopop lesti li kemm tħallat mal-ilma sħun, żgur li ma tkunx qed tiekol kemm meħtieġ fil-jum u s-sistema immunitarja tiegħek taf tbati.

Huwa veru li tonqos malajr imma trid taħseb fit-tul. X’jiġri mbagħad malli tiekol ikel solidu? Se żżid il-piż mill-ewwel? Se jagħmillek ħażin fl-istonku?

Dejjem huwa importanti l-bilanċ f’kull ħaġa fil-ħajja tagħna nkluż fl-ikel li nieklu.

Nissuġerixxu wkoll li dejjem tieħdu paririr professjonali qabel tiddeċiedu waħedkom.

Saħħitna hija importanti. Li nieħdu ħsiebha minn kmieni, jiswina għal meta nikbru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com