Jiddispjaċik għall-mewt meta tinkisirlek xi ħaġa għal qalbek?

 Jiddispjaċik għall-mewt meta tinkisirlek xi ħaġa għal qalbek?

Kulħadd ikollu dak l-oġġett tant għal qalbu. Min xi statwa, xi figurin, xi platt … u jkunu marbuta jew ma’ memorja, jew wirt jew inkella tkun xtrajtu int, jekk ma tkunx ukoll fadalt sew biex jirnexxielek takkwistah…

Imbagħad jiġri li laqatulek il-kelb, il-qattus, it-tfal jew int stess …. bumm … ul-oġġett isir irmied jew f’elf biċċa.

Tinħaraq u jiddispjaċik. Imma x’tagħmel. Ma tistax treġġa’ l-arloġġ lura!

Hemm min oġġett tant ikun għal qalbu li jerfgħu ġo kaxxa; dan jiġri speċjalment meta jkun marbut ma’ memorja ta’ xi ħadd li llum m’għadux magħna.

Issib ukoll min platt imkisser, jagħmlu f’disinn imwaħħal mal-ħajt … almenu baqa’ xi ħaġa minnu.

Jew jerġa’ jgħaqqdu biex jipprova jarah sħiħ.

Imma vażun imkisser, imkisser jibqa’. M’hemmx x’tagħmel. Ixtri ieħor Lily.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com