Jien u r-raġel norqdu f’ħinijiet differenti – tirrabjani din

 Jien u r-raġel norqdu f’ħinijiet differenti – tirrabjani din

Il-ħajja tal-lum titlob li wieħed jirsisti biex ilaħħaq mal-impenji. Ix-xogħol, it-tieni u abbli t-tielet, il-familja, il-qadi ….

Jiġri li meta mmorru d-dar, nieħdu x-xogħol id-dar ukoll u nibqgħu għaddejjin. tħares lejn l-arloġġ u ssibhom diġà daqqu l-10 ta’ billejl. Xi jkun baqa’? Tinħasel u torqod. Inkella kif se tqum l-għada?

Imma mbagħad jibew trikki trakki oħra. Tkun moħħok mistrieħ li x-xogħol qed twasslu imma l-mara? Ir-raġel? It-tfal? Kulħadd għandu bżonn l-attenzjoni tiegħu. Ma baqax ħin. L-argumenti jiżdiedu. “Qatt m’għandek ħin għalina, dejjem għaddej.”

L-ideali huwa li noħolqu ħin għal kollox. Flok tispiċċa taħdem sal-10 ta’ billejl, tgħid lestejt siegħa qabel. Kollox irid ikun.

Il-ħajja nixbħgu ngħidu li qasira u meta nitilfu lil xi ħadd, ngħidu l-istess: “kemm indunajt li rrid ingawdi l-familja.” Imma jaf ikun tard wisq.

Agħti ħinek għall-maħbubin tiegħek daqs li kieku qed tagħti għax-xogħol. Il-bilanċ kollox. Qabel ikun tard wisq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com