Kemm iddum ma tiżvojta l-bagalja wara vaganza?

 Kemm iddum ma tiżvojta l-bagalja wara vaganza?

Li tivvjaġġa hija xi ħaġa sabiħa u esperjenza li biha toħloq ħafna mumenti u memorji ġodda. Iżda kull vjaġġ iġib miegħu bagalja mimlija ħwejjeġ maħmuġin li trid taħsilhom u bagalja mimlija sa ruħ ommha li trid tiżvojta!

Imma kemm iddum hemm il-bagalja mimlija u magħluqa qabel ma tiftaħha u tibda tiżbarazza kollox? Hawn persuni li malli jaslu d-dar, irrelevanti jekk il-vjaġġ tagħhom kienx f’ħin diċenti jew fis-sigħat ta’ bil-lejl, jiftħu l-bagalja, u jiżvojtawha mill-ewwel u kemm kemm ma jitfgħux il-washing machine għaddejja f’xi t-3 ta’ filgħodu.

Iżda hawn oħrajn li malli jaslu d-dar, il-bagalja jitfgħuha f’xi kantuniera u jħalluha taqla’ t-trab sakemm xi darba jiftakru f’xi flokk li kienu jilbsu s-sena l-oħra li ma jistgħu jsibu mkien. Imbagħad jiftakru li l-aħħar li libsuh kien meta siefru, u jirrealizzaw li l-bagalja li ħallew fil-kantuniera qatt ma kienu żvujtawha!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com