Kemm taħli flus f’subscriptions fix-xahar?

 Kemm taħli flus f’subscriptions fix-xahar?

Kemm nonfqu flejjes f’subscriptions? Min għandu apple jaf li dawn huma komuni iżjed minn ditti oħra. Imma subscriptions jeżistu bil-qabda.

Ikunu ddisinjati għal dak li jixtieq il-konsumatur biex iħajruk. Sew bħala apps fuq il-mobile, biex issebbaħ ritratt eżempju u jistgħu jirreferu wkoll għal subscriptions fid-dar bħal ngħidu aħna stazzjonijiet televiżivi biex inti tara iżjed dak li tixtieq bil-kumdità.

Fuq youtube, int tista’ tkun sottoskritt f’2,000 channel.

B’abbonament, mhux biss tibbenefika minn ħlas wieħed u dirett, iżda wkoll għandek punt ta’ kuntatt wieħed – telefonata waħda jew email waħda biss meta jkollok bżonn tikkuntattja lil min qed jipprovdilek is-servizz. Is-simplifikazzjoni f’dawn l-oqsma jagħtuna konvenjenza, fosthom li tiffranka kemm ħin u anke enerġija mentali.

Fixed subsrciptions ikunu dawk li int tagħmel fit-tul eżempju Netflix. Fejn kull xahar jinqatgħalek il-pagament fi żmien partikolari fiss. Hemm dawn li tħallas kull kwart tas-sena.

Nota importanti hija li meta tagħmel sottoskrizzjoni f’xi ħaġa, tara li hemm il-faċilità li twaqqafha meta jidhirlek u qis li tinnota jekkx il-pagament ikunx għadda xorta jew le.

Bħal ma ngħidu, bil-qatra l-qatra timtela l-ġarra u bin-naqra naqra tkun qed tonfoq ħafna flus. Imma kulħadd huwa bid-dritt li jagħmel li jixtieq. Ġbidnielkom biss l-attenzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com