Kif tinduna li l-isperma tiegħek hi b’saħħitha
Is-saħħa tal-isperma tiddependi minn fatturi varji fosthom il-kwantità, il-moviment u l-istruttura tagħha. Fertilità tkun assigurata jekk ikollok eġakulazzjoni li tikkonsisti fi 15-il miljun sperma kull millilitru.
Biex tkun ċert li għandek sperma b’saħħitha trid tara li:
- Tnaqqas ix-xorb alkoħoliku. Bejn wieħed u ieħor għandek tikkonsma inqas xorb u b’bilanċ, eżempju fil-weekends biss u mhux fuq bażi ta’ kuljum.
- Tonqos mill-piż jew inti overweight.
- Tnaqqas jew tieqaf tpejjep.
- Tilbes ħwejjeġ ta’ taħt loose – qliezet ta’ taħt issukkati jistgħu jgħollu t-temperaturi tat-testikoli tiegħek u dan jaffettwa sew l-isperma.
Ma jfissirx li min ipejjep jew jixrob ma jistax ikun fertili. Jeżistu xenarji differenti. Li hu żgur huwa, li jekk toqgħod attent minn dawn imsemmija hawn fuq, tkun qed tgħin.
Jekk inti nkwetat fuq dan kollu, ara li tieħu parir mediku professjonali. Huwa tajjeb li niċċekkjaw biex inkunu ċert li kollox huwa sew.