L-Għawdxin għandhom ħabta jsuqu bil-mod?
Din ġieli tissemma u forsi veru. Intom x’taħsbu? Huwa minnu li l-Għawdxin isuqu bil-mod? Mhux kulħadd ovvja.
Imma dik li tkun fi triq dritta speċjalment sejjer lura lejn il-vapur jew tiela’ lejn ir-Rabat u ssib karozza tlikki tlikki u tinduna li ma hemm ħadd quddiemha tiġri spiss. Tinduna li jkunu qed isuqu bit-30.
Forsi l-Għawdxin jgħixu ħajja iżjed serena minn tagħna? Jew forsi f’Malta tant hawn ġenn ta’ karozzi li rridu ngħaġġlu biex naslu allura naraw differenza?
Għawdex jibqa’ post ta’ solljev għalina lkoll. Hemm iżjed postijiet rurali minn Malta u spiss ngħidu wkoll, li mawra s’Għawdex isserrħek.
Ma nafx x’taħsbu intom?!