L-iktar toqba ta’ serratura popolari fid-dinja

L-iktar toqba ta’ serratura popolari fid-dinja hija dik ta’ Villa del Priorato f’Ruma. Tħares minnha u tara l-Vatikan. Viżjoni sabiħa u li tiġbed ħafna turisti.
L-Ordni ta’ San Ġwann għad għandha preżenza kbira fl-Italja u ovvjament il-kburija tagħna l-Maltin tibqa’ dejjem hemm anke lokalment. Biss biss is-salib tat-tmien ponot huwa sinonimu mal-gżejjer tagħna. Ta’ dan aħna lkoll kburin.
Sal-lum, l-Ordni għadha valida għax tagħmel ħafna xogħol mediku u umanitarju madwar id-dinja kollha.