L-imħabba taf tweġġa’ u kif
L-imħabba tferraħ imma tweġġa’ wkoll. Meta tkun maħbuba jew f’relazzjoni, speċjalment fil-bidu tagħha, id-dinja tħossha tinbidel. Tkun ferħana u eċitata. Tara kollox sabiħ.
Kif jgħidu, fil-bidu kollox ward u żahar.
Imma jkun hemm episodji li jweġġgħuk ukoll. Jista’ jkun li jkunu waqt ir-relazzjoni nnifisha bħal per eżempju, il-partner jinsa jibgħatlek. Tant il-persuna tkun f’estasi ta’ mħabba li tħossha ħażin kif għadha ma rċeviet xejn fil-ġurnata.
Huwa tajjeb li nikkontrollaw lilna nfusna. Ma mmorrux minn estrem għall-ieħor inkella għal kull ħaġa, se tweġġa’.
Relazzjoni fiha wkoll it-tlugħ u nżul tagħha, b’argumenti jew nuqqas ta’ qbil li jinqala’ minn żmien għall-ieħor. Imma dawn huma normali. Anzi, min ma jkollux xi diżgwit kultant?
L-agħar huwa meta relazzjoni tintemm. Tħoss ukoll meta tara partner ma’ persuna oħra fejn bla ma trid tibda tfakkar lilek innifsek fiż-żminijiet sbieħ li kellek u issa l-persuna li tkun ħabbejt, qiegħda ma’ ħaddieħor.
Imma l-ħajja trid tkompli. Nibqgħu sodi.