L-irġiel ipoġġu fuq it-toilet biex jagħmlu pipi?
Forsi hija prattika li nassoċċjaw man-nisa imma le, hawn ħafna rġiel li jħossuhom komdi jpoġġu bilqiegħda fuq is-sedile biex jagħmlu l-bżonn primarju tagħhom.
Skont vice.com 40% tal-irġiel iħossuhom komdi li jpoġġu biex jagħmlu pipi filwaqt li 10% jgħidu li qatt ma jpoġġu.
Jidher li l-Isvediżi huma magħrufa sew li jpoġġu bilqiegħda fejn 50% qalu li jagħmlu din il-prattika.
Il-ħsieb tar-raġel jista’ jkun li: “għaliex għandek toqgħod bil-wieqfa jekk tista’ tpoġġi u tkun komdu?”
Meta tagħmel toilet bilqiegħda tevita wkoll li jtir il-pipi ‘l barra jew anke fuqek stess u tgħinek ukoll biex tbattal iżjed milli jmiss.