L-isbaħ serata fid-dar tiegħek
Kif tqatta’ l-aħħar ftit sigħat ta’ qabel torqod?
L-isbaħ ħaġa huwa li ttajjar ix-xogħol minn quddiemek, tieħu doċċa sħuna, ikla tajba u tintefa’ rilassat tara xi film sabiħ; sew jekk waħdek jew mal-partner tiegħek.
Ħafna drabi jiġri li nibqgħu nkaxkru bil-ħidma jew inkella fuq il-mobile naraw x’kiteb dak u x’qalet l-oħra li mbagħad iħallilena ftit ħin wisq għall-mistrieħ.
Huwa importanti li daqs kemm naħdmu, nistrieħu. Din għandha tkun premura daqs kemm hija premura li nixorbu tazza ilma fis-sajf.
Naqqas mill-użu tal-mobile u oħloq ħin għalik għax iż-żmien jgħaddi ma jistenna l-ħadd u meta tħares lura tgħid: “Jien kif qattajtha ħajti?”