Liema huma l-iżjed xogħolijiet stressanti li taħdem fihom?
Riċerka li saret minn claims.co.uk sabet li l-iżjed postijiet skont l-Ingliżi, li huma l-aktar stressanti li taħdem fihom huma dawk relatati mal-politika tan-nies.
Fuq nett hemm is-settur tas-saħħa u l-ħdima soċjali. Fejn kien irraportat mat-3,530 każ ta’ mard minħabba l-ambjent tax-xogħol. Mard li hu relatat mas-saħħa mentali. Is-settur tas-saħħa jinkludi wkoll l-anzjani, apparti l-mard li tista’ tgħid jolqot lil kulħadd. Hemm min jifhem u hemm min le li mhux dejjem kollox jista’ jkun possibbli biex int tinqeda.
Id-difiża pubblika tiġi wara u mbagħad hemm is-settur tal-edukazzjoni.
Postijiet oħra relatati ma’ stress huma l-finanzi fejn il-pubbliku mhux dejjem jifhem mill-ewwel l-andament tal-flus.
L-istress jibqa’ l-agħar marda fuq il-bniedem għaliex mhux la kemm teħles minnu kif ġieb u laħaq. Trid il-ħin u l-fehma u anke r-rieda li tiġġieled kontrieh.