Maktur bħall-antiki jew tissues?
Meta tkun ma tiflaħx, tuża biżibilju ta’ tissues għaliex hekk ikun il-bżonn. Imma jinħlew ħafna karti. Tirrealizzaw?
Ovvja, il-bżonn hekk jitlob u alla ħares tinqabad mingħajrhom. Imma l-antiki kienu jużaw l-imkatar speċjalment l-irġiel, li kienet donnha moda li raġel ikollu sett ta’ mkatar puliti fil-kexxun u ma joħroġx mingħajru fil-but. Kien hemm ukoll mkatar puliti tan-nisa li spiss kienu jkunu kkuluriti bil-fjuri.
Tant kienet xi ħaġa komuni, li malli ġuvnott jilħaq ċertu età u jkollha xi ċelebrazzjoni, bħala rigal kienu jtuh sett imkatar. Din donnha nqatgħet.
Il-maktur huwa xi ħaġa iżjed sostenibbli u favur l-ambjent għaliex taħslu u terġa’ tużah. Mhux kulħadd jippreferieh anke minħabba l-fatt li jekk tkun ma tiflaħx sew, jitħammeġ malajr u ma jkollokx naħa nadifa biex tuża.
Kos kemm jinbidlu ż-żminijiet.