Mara tibda twelled waqt il-kunċert ta’ Pink fl-Awstralja

 Mara tibda twelled waqt il-kunċert ta’ Pink fl-Awstralja

Ilbieraħ filgħaxija fuq dailymail.co.uk tħabbar li waqt l-ewwel lejl mit-tour tas-sajf f’Sydney l-Awstralja mill-artista Pink, mara bdiet il-proċess biex twelled tarbija.

Il-kantanta ta’ 44 sena waqt li kienet qed tkanta indunat li fan tagħha li attendiet il-kunċert infaqgħalha l-ilma u bdiet il-proċess tat-twelid qalb l-udjenza. L-ispettaklu kien qed isir f’Allianz Stadium.

“Inħoss li mhux suppost qed inħarsu lejha” u talbet biex il-pubbliku jagħtieha l-privatezza tagħha.

Il-Kantanta ċċajtat li l-kanzunetta tagħha li kienet qed tkanta għenet fil-proċess u ħadet l-okkażjoni biex tawgura lill-omm.
Bħalissa Pink tinsab fl-Awstralja flimkien mal-familja tagħha għal tour tal-karnival.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com