Mistoqsijiet li għandek issaqsi lill-ġenituri tiegħek qabel ikun tard wisq!!!

 Mistoqsijiet li għandek issaqsi lill-ġenituri tiegħek qabel ikun tard wisq!!!

Kemm hu sabiħ li jkollna relazzjoni tajba mal-ġenituri tagħna. Nifhmu li hawn min għandu problemi f’dawn ir-relazzjonijiet. Iżda dwar dan, nitkellmu ‘l quddiem. Ejjew nieħdu l-eżempju ta’ tfal li għandhom relazzjoni tajba mal-ġenituri tagħhom.

Kemm nitkellmu sew magħhom u mhux fuq il-bżonnijiet tagħna biss? Dawn għandhom il-bżonnijiet ukolll; mhux biss ta’ saħħa jew qadi, imma anke li jħossuhom maħbuba.

Dawn huma xi eżempji ta’ mistoqsijiet li tajjeb nistaqsuhom qabel ikun tard wisq. Xejn xejn, insiru nafu l-emozzjonijiet tagħhom mill-qrib.

  1. Meta nkwetajtkom l-iżjed?
  2. Meta ferraħtkom l-iktar?
  3. Meta ddispjaċiekom għal xi ħaġa li għamilt jien?
  4. Meta għentkom l-iżjed?
  5. Meta għajjejtkom?
  6. Fhiex tixtiequni ngħinkom?

Kemm huma sbieħ. Il-ġenituri jagħmlu ħafna sagrifiċċji għalina. Hemm dawk li jagħtu kollox kollox għal uliedhom.

Sabiħ li ntuhom il-ħin adewkat. Il-ħin jiswa mitqlu deheb. Aħjar ngħożżuhom qabel ikun tard wisq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com