Mużika Mużika – Il-festival li l-Maltin saru jipprefru?

 Mużika Mużika – Il-festival li l-Maltin saru jipprefru?

Nhar it-tnejn 5 ta’ Frar fetħu l-bookings għall-biljetti tal-festival kbir u ċelebri Mużika Mużika. Jidher li sejrin tajjeb immens malli l-pubbliku ra li dawn jinsabu għall-bejgħ!

Intom tistgħu tkunu parti mill-udjenza fis-sala fl-14, 15 u s-16 ta’ Marzu. Dan il-festival huwa organizzat minn Festivals Malta, bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Din se tkun ir-raba’ edizzjoni ta’ dan il-festival prestiġġjuż tal-kanzunetta Maltija li mill-bidu tiegħu, beda fuq nota pożittiva u jidher li ntlaqat tajjeb mill-pubbliku.

Wara l-andament tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, il-pubbliku jidher li anke qed iwassal messaġġ fejn qed juri biċ-ċar kemm iħobbhom il-festivals tal-kanzunetta mit-talent lokali. Dan jintwera wkoll f’X Factor b’udjenzi tajbin kull darba. Apparti li ma nistgħux ma nikkummentawx fuq il-ġmiel ta’ palkijiet li rajna tul l-edizzjonijiet li saru ta’ Mużika Mużika. U din is-sena tgħid kif se jkun?

Nistennew u naraw. Minn issa, awguri lill-parteċipanti kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com