Popolari l-chemsex parties f’Malta? Tużaw protezzjoni?
Chemsex parties huma serati jew mumenti fejn grupp ta’ nies jiltaqgħu biex jieħdu gost sesswalment filwaqt li jkun hemm l-użu tad-droga. Hija popolari l-iżjed ma’ persuni gay jew bi. Imma mhux biss.
Fi żmien il-covid-19, kienu dehru artikli fuq portals lokali fejn intqal li dawn żdiedu.
Waqt chemsex parties, persuni jkunu f’ambjent ta’ divertiment sesswali bla rażan minn persuna għall-oħra fejn spiss ma jkun xhemm użu ta’ kontraċettivi. Ovvjament mhux bilfors. Hemm min joqgħod attent.
Imma attivitajiet bħal dawn iżidu ħafna l-mard jekk il-prekawzzjoni ma tittiħidx. Jekk isiru komuni mal-persuna li tipparteċipa, kapaċi tirrealizza b’differenza fl-ansjetà u d-dipressjoni tant li ma tkunx tista’ tkun attiva sesswalment jekk mhux f’chemsex party.
L-HIV, il-hepatitis C u l-hepatitis B huma l-iżjed komuni hawn.
Drogi li jintużaw l-iżjed huma l-kokaina, il-crack u l-G.
Jiġri li tant ikunu mument ewforiċi li l-persuna tarahom sbieħ u jkun hemm iljieli sħaħ bla rqad u b’nies ġejjin u sejrin biex l-attività sesswali tkompli.
B’kollox is-sena l-oħra kienu kważi 2,200 persuna li nstabu pożittivi għal xi marda trażmessa sesswalment bl-aktar virus komuni jkun il-Gonorrhea.
Dawk li żaru l-GU Clinic fl-Isptar Mater Dei żdiedu b’ammont ikbar fejn mhux biss rdoppjaw f’10 snin, imma iżjed, fejn minn ftit aktar minn 3,000 fl-2013 għal kważi 7,300 is-sena l-oħra.
Huwa importanti li tiċċekkja. Ħu ħsieb saħħtek.