Qatt iltqajt ma’ persuna darba u ma rajthx qatt iżjed?

 Qatt iltqajt ma’ persuna darba u ma rajthx qatt iżjed?

Kos hux kemm hawn mumenti li qas naħsbu fuqhom. Żgur li xi darba jew oħra f’ħajjitna, inkunu ltqajna ma’ persuna darba biss u ma nkunu rajniehom qatt iżjed f’ħajjitna.

Forsi f’xi festin, f’xi bbq ma’ xi grupp, f’xi festival jew barra minn xtutna. Qatt ħsibtuha din? Min jaf x’sar minnhom jew fejn qegħdin? Jew għadhomx ħajjin wara kollox, min jaf?!

Ġieli ssib nies interessanti li tkun qbadt parlata magħhom u tħoss li huma nies pjaċevoli.

Kultant qas nindunaw it-traġit tal-ħajja fejn joħodna. Id-dinja saret iżjed magħquda bil-midja soċjali imma mhux bilfors li persuna li tkun kellimt darba, se titlobha l-kuntatt tagħha tal-midja soċjali tagħha.

Ġieli nsiefru u nkellmu nies … tirrealizzaw li lil dak jew dik it-talija, se tkun forsi l-unika darba li tkun kellimtha tul ħajtek kollha.

Forsi tkun xortik tajba li terġa’ tinzerta l-persuna xi mkien ieħor. Imma veru tkun ix-xorti mbagħad.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com