Ser jerġa’ jiftaħ il-forn tal-ħabs

 Ser jerġa’ jiftaħ il-forn tal-ħabs

Min ma semax bil-forn tal-ħabs u bit-tjubija tal-prodotti offruti.

Din is-sena, ser jerġa’ jkun għad-diżpożizzjoni tal-pubbliku biex jixtri u jduq il-prodotti bnini li jaħmu r-residenti fil-Faċilità korretiva ta’ Kordin.

Il-famuża gabbana quddiem il-ħabs se tkun miftuħa għal tmiem il-ġimgħa ta’ Jum San Valentinu. Hemmhekk wieħed se jkun jista’ jsib prodotti friski magħmula b’imħabba mill-Forn tal-Ħabs u rigali magħmula bl-idejn mis-sezzjoni tan-nisa għal din l-okkażjoni speċjali.

Eżattament wara din il-festa, ikun imiss il-Ġimgħa l-Kbira.

Fil-fatt, sussegwentement, il-gabbana se tibqa’ miftuħa fil-weekends ta’ wara, bil-famużi Qagħaq tal-Appostli, figolli u pasti oħra. It-tjubija tal-qagħaq tal-appostli hija msemmija sew tant li trid taħsiblu biex jirnexxielek takkwista minnhom. Din is-sena, titilfuhomx!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com