Serjetà żejda fejn irridu, mill-bqija kollox jgħaddi

 Serjetà żejda fejn irridu, mill-bqija kollox jgħaddi

Jeżistu ħafna entitajiet, għaqdiet u mkejjen oħra li jitolbu serjetà. U hekk għandu jkun. Apparti dan, hekk ikun mitlub ukoll mill-ħaddiema jew membri.

Imma billi jkun hemm ċajt b’limitu f’ħinu u f’waqtu, ma tkunx waqgħet id-dinja lanqas. Anke jekk xi ħadd jagħmel żball, m’għandux jispiċċa qisu mixli quddiem il-qorti.

Minn estrem għall-ieħor. Dawn l-estremitajiet idejqu lin-nies.

Jew tinqata’ linja mill-bidu sal-aħħar li ċajt xejn, inkella mhux meta jfettilek int u tkun qed tiċċajta int ok, kollox jgħaddi, u meta ħaddieħor jiċċajta tpenġieh dimonju qisu għamel att kriminali.

Din tiġri spiss ukoll. Dawn huma suġġetti li żgur li xi darba jew oħra, laqtukom jew għad jolqtukom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com