Spiss naraw aħbarijiet biex il-pubbliku jgħin fit-tfittxija tan-nies
Kemm -il darba sirna naraw aħbarijiet fejn il-pubbliku jkun mitlub jgħin lill-pulizija fit-tfittxija ta’ xi persuni u tappella għall-għajnuna.
Din saret komuni ħafna tant li l-pubbliku jieħu l-aħbar biċ-ċajt.
Il-kummenti jvarjaw bħal:
“llejla għal għawdex jien, filkaż aqbiżha l-gym illum. Dmir lejn il-pajjiż.”
“L-aqwa li joħorġuhom bil-pledge imbagħad noqogħdu neqirdu biex infittxu dak jew l-ieħor”
“Imnalla festa llum u m’għandniex xogħol, tlaqna nfittxu.”
“Jekk insibu jħallsuni doppja llum”
“Kif sar dan il-pajjiż tal-lost and found u most wanted … rubbish mas-saqajn u l-qrati daqshom.”
Kif toħduhom aħbarijiet hekk? Tqisuha normali talba għall-għajnuna simili jew tarawha żejda?