Tagħtu kas lix-xewqat strambi tat-tfal tagħkom?
Tifla marret quddiem ommha u talbitha biex tneħħi s-suf ta’ taħt idejha. Tifel mar quddiem missieru jitolbu jqaxxar il-leħja. Sitwazzjonijiet normali li jiġru.
Imma dari, il-ġenituri kienu jgħidulhom li għadu kmieni u jridu jistennew sakemm jikbru. Illum id-dinja nbidlet u f’mumenti bħal dawn, għandna naraw li x-xewqat tat-tfal jkunu mismugħha?
Għaliex għandna nħalluhom imdejqin jekk ma jkunux kuntenti b’xi ħaġa li qed iddejjaqhom … sempliċiment għax għadhom żgħar?!
Il-bniedem jiżviluppa fi stadji differenti u jkun hemm persuni li jiżviluppaw qabel oħrajn. Dan iġibhom konxji ħafna u forsi skomdi ma’ sħabhom.
Toħloq ukoll forsi rabja ġo fihom peress li nkunu tajniehom biss is-sentenza: “Għadek żgħir, stenna naqra, tilħaq tqaxxarha l-leħja.”
Intom x’taħsbu fuq dan is-suġġett?