Taqbel li lit-tfal qed inlibbsuhom bħall-kbar?
Kif saru jitlibbsu t-tfal illum? Qabel kien hemm distinzjoni bejn dak li jintlibes mit-tfal u dak li jintlibes mill-kbar.
Illum tista’ tgħid li hemm moda vasta ħafna għat-tfal tant li dak li jintlibes mill-kbar jinsab għall-bejgħ fuq skala addattata għalihom.
Id-ditti bla dubju ħolqu l-għażla għat-tfal bi ħwejjeġ li jkunu wkoll għoljin fil-prezz.
X’taħsbu dwar dan is-suġġett? Sirna nlibbsu lit-tfal bl-istil tagħna imma fiċ-ċokon tagħhom? Ġieli tara anke żgħar ta’ madwar sena bi ħwejjeġ tad-ditti għoljin. Taħsbu li jidraw hekk minn ċkunithom u dan ikollu effett la jikbru?