Televixin jew netflix? Jew iptv?
X’sar iħobb jara l-pubbliku llum il-ġurnata? Serjè fuq netflix? Xi film fuq IPTV? Stazzjonijiet bi programmi lokali jew drama Maltija?
Kulħadd bil-gosti. Jidher li d-drama Maltija tibqa’ popolari ħafna man-nies ta’ ċerta età. Iż-żgħażagħ qisu qed isegwu iżjed l-online fejn jaraw films li jixtiequ u li jkunu prodott barrani.
Din it-trend dejjem tinbidel.
Min jiftakar fi tfulitu meta beda dieħel il-Melita Cable? Li bħal kien impenġi li jekk tkun taffordja għandu jkollok u kont issib min jgħidlek “le jien ta’ Malta biss għandi.”
Is-satellità, tiftakruha? Imbagħad id-dvd’s? Il-Blue Ray? Kien hawn ruxmata ħwienet f’Malta bil-kiri tad-dvd’s. Ġieli kont tmur id-dar u jkun imħassar u tmur lura tirritornah, tgħidlu x’ġara u jgħidlek “Agħżel ieħor ħi.”
Li tkun abbonat ma’ Netflix fil-bidu tiegħu kienet xi ħaġa veru rari. Illum anke fuq mobile għandna.
Kos hux, iż-żmien jinbidel u jbiddel. Min jaf xi jmiss?