Temmen li min jistenna jithenna? Jew jitgħerra?
Nistennew ħafna affarijiet. Xi kariga, xi risposta, xi attività, xi mument speċjali tal-familja, xi ħlas u ħafna iżjed.
Kemm nistennew fil-ħajja? Sirna rridu kollox issa? Instant gratification! Bħal kafè, għalhekk jgħidulu instant coffee, għaliex kemm titfa’ t-trab il-kanella u l-misħun u għandek il-kafè. Imma kafè tajjeb ma jsirx hekk.
L-istess fil-ħidma u l-affarijiet kollha li nistennew. Trid tbati biex tgawdi. Trid taħdem biex tirċievi. Xejn ma jiġi mix-xejn.
Jiġru l-każijiet fejn tara nies ħadu xi ħaġa malajr u allura bla ma trid, tħossok li int trid tieħu malajr bħalhom. Tikkumparax għax flok tithenna, titgħerra verament.